Ir-Reġina Eliżabetta II mhux se tkun preżenti għaċ-ċelebrazzjoni fil-Katidral ta’ San Pawl fiċ-ċentru ta’ Londra bħala parti mill-festi marbuta mal-Ġublew tal-Platinum.
Kelliem għall-familja Rjali qal li r-Reġina ħasset xi uġigħ waqt il-parata tal-bieraħ, meta hi dehret mal-familja tagħha issellem lill-folla mill-gallarija ta’ Buckingham Palace.
Bħalissa l-pajjiż kollu għaddej minn erbat ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet li qed ifakkru is-70 sena tar-Reġina fuq it-tron Ingliż.
//= $special ?>