It-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni f’Malta – Melita, GO u Epic qed jiġu investigati wara li ħabbru ħlasijiet ġodda għall-konsumaturi.
Jidher li dawn il-kumpaniji riċentament bagħtu ittri lill-klijenti tagħhom sabiex jinfurmawhom li dawk kollha li ma jħallsux il-kontijiet permezz ta’ ‘direct-debit’ – li jfisser ħlas b’mod dirett mal-bank – ser ikunu mitluba jħallsu tariffa addizzjonali fix-xahar ta’ bejn €1 u €2.
Jidher li din it-tariffa kienet ser tiddaħħal mingħajr avviż lill-klijenti u mingħajr ma’ jingħataw 30 ġurnata ċans sabiex biex iwaqqfu l-kuntratt mingħajr ma jiġu ppenalizzati. Din il-mossa minn naħa ta’ dawn il-kumpaniji ser ikollha effett l-aktar fuq dawk li m’humiex komdi jħallsu permezz ta’ metodi onlajn.
B’reazzjoni, il-kumpanija GO insistiet li dan mhux il-każ…. u insistiet illi dawk kollha affettwati minn din il-bidla ser ikollhom roħs sabiex ipattu għal din it-tariffa.
GO qalet li l-bidla kienet meħtieġa mill-Bank Ċentrali, li ta lill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni sal-1 ta’ Lulju biex jimplimentaw dan il-mekkaniżmu.
Minn naħa tagħha, il-kumpanija GO qalet li l-unika ħaġa li nbidlet hija l-mod kif il-prezzijiet huma mqassma fuq il-kont… u li t-tariffa ta’ ewro għal dawk li ma jħallsux permezz ta’ ‘direct-debit’ dejjem kienet hemm.
Il-kumpanija Melita minn naha taghha saħqet li din it-tariffa ser tkun qed tiddaħħal għal dawk l-individwi li għandhom servizzi tal-internet iżda li jibqgħu jagħżlu li ma jħallsux b’direct-debit. Hija stqaret ukoll li dawk kollha li m’għandhomx aċċess għall-internet ser ikunu eżentati minn din it-tariffa
Dan kollu issa spicca suggett ghal investigazzjoni li qed issir mill-Awtorita tal-Konsumatur.
//= $special ?>