Lokali

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera taħtar President u Viċi-President ġodda

Il-Kap Eżekuttiv tal-bank APS Marcel Cassar ġie elett President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera (MBA) għall-mandat li ġej. Il-ħatra tiegħu tħabbret wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-assoċjazzjoni li saret fl-1 ta’ Ġunju 2022.

Henry Schmeltzer, Direttur tal-Istrateġija Kummerċjali u Kap tal-Legal fil-MeDirect Bank (Malta) ġie elett Viċi President għall-istess perjodu.

Rick Hunkin, li preżentament jokkupa l-kariga ta’ President, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta qal li l-assoċjazzjoni qablet li l-esperjenza estensiva tal-industrija ta’ Marcel Cassar u l-preżenza li ilha teżisti fuq il-Bord tal-MBA għamluh kandidat ideali biex ikompli jmexxi l-assoċjazzjoni.