Futbol Sport

L-Olanda jegħlbu lil Belġju… Telfa għal Franza kontra d-Danimarka

(Ritratt: EPA)

Minn Grupp 4 ta’ League A tal-UEFA Nations League, l-Olanda kisbu rebħa dominanti fuq il-Belġju bl-iskor ta’ 4-1. L-Olanda fetħu l-iskor fl-40 minuta permezz ta’ Steven Bergwijn qabel fil-51 minuta kien Memphis Depay li rdoppjaw għat-tim Olandiż. Denzel Dumphries għamilhom tlieta fit-62 minuta minn pass ta’ Daley Blind, b’Memphis Depay jiskorja ir-raba’ gowl erba’ minuti wara. Michy Batshuayi skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Belġju fit-93 minuta.

Iċ-champions mondjali Franza kienu megħluba bl-iskor ta’ 2-1 mid-Danimarka. Kienu Franza li marru fil-vantaġġ fil-50 minuta minn Karim Benzema li skorja il-50 gowl tiegħu dan l-istaġun. Madanakollu d-Danimarka kisbu d-draw minn Andreas Cornelius fit-68 minuta qabel żewġ minuti mit-tmiem, reġa’ kien Cornelius li għeleb lil Hugo Lloris u ta t-tliet punti lid-Danimarka.

UEFA NATIONS LEAGUE

League A : Grupp 1: Kroazja v Awstrija 0-3, Franza v Danimarka 1-2,

League A: Grupp 4: Belġju v Danimarka 1-4

League C: Grupp 3: Kazakhstan v Azerbaijan 2-0, Belarus v Slovakkja 0-1

League D: Grupp 1: Latvja v Andorra 3-0, Liechtenstein v Moldova 0-2