Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq

Mara li kienet qed issuq mutur sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur Kymco Agility misjuq minn mara ta’ 46 sena residenti Ħaż-Żabbar u karozza Mazda CX-3, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena, residenti Ħal Għaxaq.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin