Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal fil-finali tar-Roland Garros għall-14-il darba fil-karriera

(Ritratt: EPA)

It-tennista Spanjol Rafael Nadal għamilha għall-finali tar-Roland Garros għall-14-il darba fil-karriera tiegħu meta fis-semi finali għeleb lil Alexander Zverev. Dan wara li t-tennista Ġermaniż kellu jirtira mill-partita wara li weġġa’ l-għaksa fejn kellu jinħareġ mill-court fuq wheelchair. Sa dan il-ħin Nadal kien jinsab fil-vantaġġ 7-6 (10-8) 6-6.

Nadal se jkun il-favorit li jirbaħ ir-Roland Garros meta fil-finali se jiltaqa’ kontra r-rebbieħ tas-semi finali l-oħra bejn Casper Ruud u Marin Cilic. Zverev irritorna fil-court fejn għannaq lil Nadal u ħa b’idejn l-umpire, filwaqt li sellem lill-pubbliku Franċiż li kien preżenti għal-logħba.