Lokali Qorti

Raġel mix-Xewkija li qed jiffaċċa akkuża ta’ traffikar ta’ droga u armi jingħata l-pleġġ

Resident mix-Xewkija li tressaq il-Qorti f’Għawdex ix-xahar li għadda fuq akkużi ta’ droga u armi, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li xehdu diversi persuni. Shawn Theuma ta’ 43 sena mix-Xewkija qed jiċħad akkużi relatati mal-pussess ta’ kokaina u cannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kinux għall-użu personali tiegħu, sempliċi pussess tad-droga u pussess ta’ armi u munizzjon mingħajr liċenzja.

Theuma kien ġie arrestat wara rejd tad-droga tal-pulizija f’farmhouse fin-Nadur, li matulu nstabu flus kontanti, kokaina, cannabis, armi tan-nar u munizzjon. Fi stqarrija maħruġa wara l-arrest, il-pulizija qalet li r-rejd kien ġie ordnat wara li waslet informazzjoni li tindika traffikar potenzjali ta’ droga waqt attivitajiet tal-karnival f’Għawdex.

Kienet saret operazzjoni ta’ sorveljanza, b’osservazzjoni tal-farmhouse, qabel ittieħdet id-deċiżjoni li jsir rejd fil-post. Raġel armat b’pistola ġie arrestat meta uffiċjali tal-Iskwadra tad-Droga u tat-Taqsima tal-Klieb għamlu r-rrejd fil-proprjetà.

Tfittxija fil-farmhouse wasslet biex nstabu €53,000 , żewġ xkubetti mhux reġistrati u munizzjon, kif ukoll numru ta’ qratas ta’ dak li hu suspettat li huma kokaina u cannabis. Theuma kien ġie miċħud mill-ħelsien mill-arrest waqt il-proċess tiegħu, minkejja l-offerta tal-ġenituri tiegħu li jaġixxu bħala garanti għal binhom, fid-dawl tal-fatt li xhieda pajżana kien għadhom iridu jixhdu.

Meta l-każ kompla f’Għawdex nhar il-Ġimgħa, il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest, u ħelset lil Theuma mill-arrest kontra depożitu ta’ €7,500 u garanzija personali ta’ €10,000. Huwa kien ordnat ukoll josserva curfew. L-Ispettur Alfredo Mangion qed imexxi l-prosekuzzjoni. L-avukati Stefano Filletti u Albert Zerafa dehru għall-akkużat bħala avukati difensuri.