Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li pajjiżu għandu jipprojbixxi li ċ-ċivili jkunu fil-pussess ta’ azzarini u armamenti oħrajn li jintużaw għal skopijiet militari. Dan fost it-tamiet li, xi darba, tonqos ‘il-kultura tal-armi’ fl-Istati Uniti fejn qegħdin iseħħu regolarment il-massakri tan-nies minn ċivili – ħafna drabi adolexxenti – li jispiċċaw isolvu l-problemi personali tagħhom bl-isparaturi.
F’diskors lill-pajjiż wara l-aħħar sparaturi ( fl-Istati Uniti) li ħallew numru sinifikanti ta’ mejtin, Joe Biden qal li ħafna bnadi tal-pajjiż qed jinbidlu għall-għarrieda f’zoni tal-mewt.
Hu, intant, esprima tamiet li l-pajjiż ma jarax aktar minn dawn il-massakri. Biden awgura li, f’każ li ma jkunx possibbli biex il-pajjiż jipprojbixxi dawn l-armi, l-età legali biex persuna tkun fil-pussess ta’ azzarin ta’ ċertu kalibru ( li jista’ jinxtara legalment mill-ħwienet) jitla’ minn 18 għal 21 sena.
Fl-istess ħin, mhux mistenni li jkun hemm żblokk fl-issue, bir-Repubblikani u d-Demokratiċi fil-Kungress Amerikan għadhom ‘il bogħod sew minn kunsens. Fl-istess ħin, kwalunkwe progress lejn il-projbizzjoni tal-‘assault rifles fl-idejn taċ-ċittadini’ ma jidhirx daqshekk probabbli.
//= $special ?>