Lokali

Tgħumx f’din iż-żona!

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ bejn C30 Concrete patch fit-tmiem tal-mogħdija bejn Suncrest u Qawra Palace Hotel (quddiem Triq ir-Rizzi) u C31 Quay Cens tal-Gebel quddiem id-dar imsemmija Summer place

Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona kif indikat fil-mappa annessa. Bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.