Uefa Nations League:
League A Grupp 2:
Rep. Ċeka 2-1 Żvizzera
Spanja 1-1 Portugall
Fil-partita prinċipali gowl lejn it-tmiem wassal għal punt meritat għal Portugall li fil-25 minuta marru fi żvantaġġ. Minn azzjoni ta’ Pablo Sarabia kien ALVARO MORATA li għeleb lil Diogo Costa. 1 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Kibret il-pressjoni mill-Portugall li fit-82 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ RICARDO HORTA li għeleb lil Unai Simon minn azzjoni ta’ Joao Cancelo.
League B Grupp 4:
Iżrael 2-2 Iżlanda
Slovenja 0–2 Żvezja
Serbja 0-1 Norveġja
Kollox deċiż matul l-ewwel taqsima. Fis-26 minuta minn azzjoni ta’ Marcus Holgren Pedersen kien is-solitu ERLING HAALAND li għeleb lil Vanja Milinkovic Savic. Riżultat li bih intemmet wkoll il-partita.

League C Grupp 2:
Bulgarija 1-1 Maċedonja ta’ Fuq
Ċipru 0-2 Kosovo
Ġorġja 4-0 Ġibilta
Irlanda ta’ Fuq 0-1 Greċja
Il-gowl deċiżiv skorjat fid-39 minuta meta minn azzjoni ta’ Dimitrios Limnios kien TASOS BAKASETAS li għeleb lil Bailey Peacock Farrell.

League D Grupp 2 – Estonja 2-0 San Marino
Fil-Grupp li fiħ hemm it-tim Nazzjonali Malti, f’Tallin żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed għal Estonja biex kisbu t-tliet punti fejn kompliet is-serje negattiva ta’ San Marino. Fl-24 minuta minn azzjoni ta’ Mathias Kait kien ROBERT KIRSS li għeleb lil Elia Benedittini. Ebda reazzjoni minn San Marino li fit-32 minuta sofrew it-tieni gowl. Minn pass ta’ Vlasiy Sinyavskiy kien JOONAS TAMM li għamel l-iskor 2 – 0 u għalaq il-partita kmieni.
//= $special ?>