Futbol Sport

Żurrieq FC bi sponsor ġdid għall-istaġun li ġej

In-neo promossi tal-kampjonat Challenge League Żurrieq FC l-istaġun li ġej se jkollhom sponsor ġdid fuq il-flokk tagħhom hekk kif l-amministrazzjoni tal-klabb qed taħseb biex tieħu lit-tim f’livell ieħor. F’diskors tal-okkażżjoni, rappreżentant minn Trust Payments Limited qal li l-kumpanija apprezzat il-fatt li l-klabb jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba, kemm mill-att amministrattiv kif ukoll fir-riżultati miksuba.

Minn naħa tiegħu il-President ta’ Żurrieq FC Dino Bonnici filwaqt li rringrazzja lill-isponsor il-ġdid, qal li l-amministrazzjoni se tkun qed tagħmel mill-aħjar li tista sabiex minn dan il-ftehim ikunu qed jibbenefikaw il-partijiet kollha.

Preżenti għal din il-preżentazzjoni annwali, minbarra Dino Bonnici u r-rapreżżentanti ta’ Trust Payments Limited kien hemm is-Segretarju ta’ Żurrieq FC Norbert Fenech, iċ-Chairman tal-Bord tal-Kummerċalizazzjoni Manuel D’Amato, il-kowċ Ġorġ Magri u l-captain tat-tim Mauro Bonnici.