Internazzjonali

Aktar ċelebrazzjonijiet fir-Renju Unit

Il-festi għall-Ġublew tal-Platinum tar-Reġina Eliżabetta t-tieni komplew matul il-jum tas-Sibt u komplew jirrankaw fil-belt kapitali u bnadi oħra tar-Renju Unit …. fost il-fatt li r-Reġina reġgħet m’attendietx għal dawn l-attivitajiet hekk kif rapporti qed jindikaw li għandha problemi ta’ mobiltà u għalhekk ma tistax tattendi.

Filfatt, f’isem ir-Reġina Eliżabetta, fl-attivitajiet f’Epsom attendiet Princess Anne. In-neputija tar-reġina, Zara Tindall, f’kummenti lill-media qalet li n-nanna kienet qed isegwi kollox mill-Kastell ta’ Windsor, “fuq is-sufan, liebsa ħwejjeġ komdi.”

Mingħajru dubju li serqu x-xena matul il-ġurnata tas-Sibt, Prince George u Princess Charlotte li flimkien ma ommom u missierhom iltagħu mal-follol tan-nies f’Cardiff.

Kunċert li nżamm is-Sibt filgħaxija f’Buckingham Palace ra attendenza ta’ madwar 22,000 persuna li segwew mill-qrib, ħafna spettaklu, fost l-oħrajn minn Diana Ross u George Ezra. Ipparteċipaw wkoll Elton John u Andrea Bocelli quddiem attenda li fiha kien hemm ukoll Sir David Attenborough, it-tenista Emma Raducanu, l-eks footballer David Beckham u l-kittieb Stephen Fry.

Intant, is-Sibt filgħodu, il-pulizija neħħew karozza minn Trafalgar Square wara li persuna għamlet rapport ta’ suspett. In-nies ġew evakwati mill-pjazza ta’ Londra iżda l-Pulizija malajr investigat u kkonfermat li ma kienx hemm periklu.