Lokali

Bowser tal-ilma u landrover involuti f’inċident tat-traffiku

Mill-anqas persuna waħda weġġgħet f’inċident tat-traffiku li seħħ illejla fi Triq Villabate f’Marsaskala.

Fil-ħabta head-on kienu nvoluti bowser tal-ilma u landrover. Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, filwaqt li mill-anqas persuna waħda kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tal-persuni involuti s’issa għadha mhix magħrufa, hekk kif aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.