Is-sajf Malti jġib miegħu influss qawwi ta’ nies li jagħmlu użu mill-kosta tagħna biex iqattgħu ftit tal-ħin ħdejn il-baħar. B’hekk huwa importanti li wieħed igawdi dawn iż-żoni b’mod xieraq u prudenti, mingħajr ma jkun ta’ periklu għalih jew għal nies oħra madwaru.
Dan kien il-messaġġ li ħareġ waqt it-tnedija ta’ kampanja edukattiva bl-isem ta’ Fuq il-Baħar, Moħħok Hemm. L-iskop ewlieni ta’ din il-kampanja huwa li toħloq għarfien ta’ kif wieħed jista’ jġib ruħu b’mod xieraq u prudenti fuq il-baħar – b’mod speċjali tul ix-xhur tas-sajf.
Il-kampanja ta’ din is-sena se tkun qed tiffoka fuq dawn il-punti:
1) L-użu tal-life jackets
2) L-użu xieraq ta’ mollijiet u slipways
3) L-Avviżi lill-Baħħara
4) Il-fairways
5) L-immaniġġjar tal-iskart fuq il-baħar
6) Id-daqq ta’ mużika fuq il-baħar
7) Veloċità eċċessiva
8) L-użu xieraq ta’ swimmer designated zones
9) L-irbit tad-dgħajjes
10) It-trasport ta’ dgħajsa fuq karru
11) L-użu xieraq tal-kill chord
12) It-tindif tad-dgħajsa