Bonsaj – arti f’forma ta’ siġar żgħar li jieħdu snin twal biex jiġu jidhru kif qed naraw fil-filmati. Bonsaj huwa l-isem tal-proċess li jintuża’ meta jitkabbru siġar żgħar fid-daqs ta’ pjanta. Il-bonsai hi arti li oriġinat fl-Asja, fejn b’dedikazzjoni tant kbira l-entużjasti jkabbru s-siġar f’daqs żgħir imma bi preċiżjoni liema bħalha.
Fil-ġonna tal-Bonsai Culture Group Malta, fil-Furjana, fetħet id-29 edizzjoni tal-wirja u l-kompetizzjoni tal-Bonsaj f’pajjiżna. Tkellimna mal-President tal-Bonsai Culture Group, John Grech li spjegalna aktar fid-dettall. John Grech qalilna wkoll li s-siġar tal-Bonsai jiġu stmati fuq livell astetiku kif ukoll fuq livell arti-kulturali. Hu spjega li biex tibda l-proċess għat-tkabbir ta’ dan it-tip ta siġar, hu sempliċi. Kemm taqta’ zokk mis-siġra normali u tista’ ttiha l-forma li trid, iżda mbagħad is-siġra jkollha bżonn attenzjoni u kura kuljum. Uħud minnhom jieħdu snin twal biex jiffurmaw sew.
L-esebizzjoni tibqa’ miftuħa sal-Ħadd filgħaxija, fil-ġnien tal-Bonsai Culture Group, ‘l isfel mill-Kurja, fil-Floriana.

































Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>