Il-Pollakka Iga Swiatek rebħet il-French Open ta’ din is-sena meta fil-finali għelbet faċilment lill-Amerikana Coco Gauff 6-1 6-3. B’din r-rebħa Swiatek laħqet tragward ieħor hekk kif din kienet il-35 rebħa nfila biex b’hekk laħqet ir-rekord ta’ Venus Williams milħuq fl-2000.
Gauff, li għad għanda biss 18-il sena, waslet għall-ewwel finali Grand Slam fil-karriera tagħha wara li għelbet Sloane Stephens fil-kwarti tal-finali, u lil Martina Trevisan fis-semi-finali.

Fl-ewwel kummenti tagħha Swiatek awgurat lil Gauff talli waslet sal-finali ta’ età daqsekk żgħira u tal-progress li dejjem qeda turi. Il-Pollakka qalet li meta sentejn ilu rebħet l-ewwel French Open tagħha ma’ kienetx qed tistennija iżda din id-darba ħadmet kemm felħet għaliha anke jekk il-pressjoni fuqha kienet kbira.
//= $special ?>