Ftit tal-ħin ilu seħħ inċident ikrah f’Ħaż-Żebbuġ, fejn sewwieq ta’ mutur spiċċa f’nofs tat-triq wara li intlaqat minn karozza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30am, fid-direzzjoni li twassal minn Ħal Qormi lejn Ħaż-Żebbuġ.
Kelliem mid-Depot ikkonfermalna li dan kien każ ta’ hit-and-run, bil-Pulizija qed tfittex il-vettura li laqtet lill-mutur tat-tip Yamaha.
Is-sewwieq tal-mutur hu Pakistani ta’ 31 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.