Futbol Sport

Pablo Doffo kkonfermat kowċ ta’ Marsaxlokk……se jkun assistit minn Juan Cruz Gill

Marsaxlokk FC ikkonfermaw lill-kowċ Pablo Doffo, wara li fl-istaġun li għadda ggwida lill-klabb għal promozzjoni li mmarkat ir-ritorn tal-klabb għall-Kampjonat Premier. Doffo ilu mal-klabb sa mill-bidu tal-istaġun 2017/18, l-ewwel bħala plejer imbagħad bħala kowċ sa mill-bidu tal-istaġun li għadda. Minn dak iż-żmien hu kompla javvanza fil-kwalifiċi tiegħu, biex issa hu rikonoxxut bħala kowċ b’liċenzja UEFA A.

Miegħu jingħaqad Juan Cruz Gill, ftit jiem biss wara li ħabbar li se jirtira mill-futbol milgħub. B’hekk Cruz Gill se jibqa’ mal-klabb fejn, sal-istaġun li għadda, kien plejer u kiseb l-unur tal-Aqwa Difensur taċ-Challenge League. Sadattant il-klabb ikkonferma wkoll lil Ivo Rivera bħala l-Kowċ tal-Goalkeepers, li wkoll kien parti mill-istaff tekniku li laħaq it-tragward importanti ta’ promozzjoni għall-ogħla diviżjoni tal-futbol lokali.