Lokali

Raġel weġġa’ gravi wara li sploda ċilindru tal-gass

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10pm, il-Pulizija ġiet infurmata li nstemgħet splużjoni ġejja minn stabbiliment fi Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru irriżulta fil-kċina tal-istabbiliment kienet seħħet splużjoni minħabba ċilindru tal-gass.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Raġel ta’ 44 sena residenti l-Belt Valletta sofra ġrieħi kawża tal-isplużjoni u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.