Wara biss erba’ minuti r-Repubblika Ceka marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Jan Kuchta, kien JAKUB PESEK li għeleb lil Unai Simon. Pressjoni minn Spanja li fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud għamlu l-iskor 1 – 1 .Minn pass ta’ Rodri kien PABLO GAVIRA li għeleb lil Tomas Vaclik. Fis-66 minuta kien JAN KUCHTA li għeleb mill-ġdid lil Simon minn pass ta’ Vaclav Cerny. Reazzjoni minn Spanja li meritatament fid-90 minuta kisbu l-gowl tad—draw permezz ta’ INGO MARTINEZ li minn azzjoni ta’ Marco Asensio għamel l-iskor 2 – 2.
Wara biss sitt minuti Haris Seferovic għeleb lil Rui Patricio bil-gowl ma jkunx ikkonvalidat bil-VAR minħabba foul tal-istess plejer. Reazzjoni mill-Portugall li fil-15 il-minuta minn azzjoni ta’ Ronaldo kien WILLIAM CARVALHO li għeleb lil Gregor Kobel. Ebda reazzjoni mill-Iżvizzera li fil-35 minuta sofrew it-tieni gowl permezz ta’ CRISTIANO RONALDO minn azzjoni ta’ Djogo Jota. Fl-40 minuta kien mill-ġdid RONALDO li għeleb lil Kobel biex għalaq il-partita. Fit-68 minuta l-iskor sar 4 – 0 . Minn azzjoni ta’ Bernardo Silva kien JOAO CANCELO li għeleb lil Kobel.
Fl-20 minuta, foul ta’ Emil Krafth fuq Morten Thorsby. Anthony Taylor saffar penalty, mogħti u skorjat minn ERLING HAALAND li għeleb lil Orjan Nyland. Bin-Norveġja jiddettaw il-partita, fid—69 minuta kien mill—ġdid HAALAND li minn azzjoni ta’ Alexander Sorloth għeleb mill-ġdid lil Nyland għat 2 – 0 . Bil-partita deċiża kien biss fit-92 minuta li lżvezja naqqsu l-iskor permezz ta’ ANTHONY ELANGA minn azzjoni ta’ Dejan Kulusevski.
UEFA NATIONS LEAGUE
Illum: San Marino v Malta 0-2, Reppublika Ċeka v Spanja 2-2, Portugall v Żvizzera 4-0, Serbja v Slovenja 4-1, Żvezja v Norveġja 1-2, Ċipru v Irlanda ta’ Fuq 0-0, Kosovo v Greċja 0-1, Gibilta’ v Macedonja 0-2, Bulgarija v Ġorġja 2-5
//= $special ?>