Fabio Quartararo rebaħ il-MotoGp f’Catalunya biex resaq eqreb tar-rivali tiegħu f’ras il-klassifika tal-MotoGp. Is-sewwieqa ta’ Prima Pramac Racing Jorge Martin u Johann Zarco temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament wara li approfittaw minn żball ta’ Aleix Espargaro li ma rnexxilu jżomm it-tieni post fl-aħħar dawra, biex spiċċa fil-ħames post.
Joan Mir temmew fir-raba’ post qabel Espargaro bit-Taljan Luca Marini jtemm fis-sitt post. Maverick Vinales ta’ Asprilla daħal fis-seba’ post segwit minn Brad Binder ta’ KTM fit-tmien post. Il-Portugiż Miguel Oliveira daħal fid-disa’ post, bl-Ispanjol Alex Marquez jtemm fl-għaxar post.
It-tellieqa f’Catalunya kienet ikkaraterizzata minn inċident ikrah li nvolva lis-sewwieqa Takaaki Nakagami, Alex Rins u Francesco Bagnaia, bit-tliet sewwieq jispiċċaw barra mill-MotoGp f’Catalunya.
//= $special ?>