Internazzjonali

L-aħħar żviluppi dwar il-gwerra fl-Ukrajna

  • Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, qanqal reazzjoni rabbjuża mingħand it-Tmexxija Ukrena wara li suġġerixxa li l-Ukrajna u l-Punent ‘għandhom jevitaw li jumiljaw lir-Russja f’din il-gwerra.’
  • Il-militar Russu qal li rnexxielu jwaqqa ajruplan militari tat-trasport tal-Ukreni li skont huma kien qed iwassal l-armamenti lejn id-difensuri Ukreni viċin il-port ta’ Odessa, maġenb il-Baħar l-Iswed.
  • L-Armata tar-Russja qed tkompli bil-bumbardamenti fuq Mykolaiv, li hi belt tal-port strateġika fil-limiti ta’ Odessa – iżda l-poplu u s-suldati Ukreni fl-inħawi huma determinati li jirreżistu ‘sal-aħħar balla’.
  • L-Ukrajna qed twaħħal fir-Russja għall-qerda ta’ knisja fil-Monasteru ta’ Sviatohirsk Lavra fir-reġjun ta’ Donetsk u wara li l-artillerija ta’ Putin kienet fetħet baraxx ta’ balal fuq l-inħawi. Intant, ir-Russja qed tiċħad għal dan waqt li akkużat lit-truppi Ukreni f’dik iz-zona b’li ‘qabbdu dik il-knisja bil-ħsieb li jakkużaw lis-suldati Russi dwar reat kontra l-poplu’.