L-awtoritajiet Ukreni f’Luhansk, fil-Lvant tal-Ukrajna, għadhom qed jistennew l-armamenti ta’ kalibru akbar – u li għandhom livelli ogħla ta’ preċiżjoni – mingħand l-alleati tal-Punent.
L-istess awtoritajiet huma konvinti li – ladarba jaslulhom l-armamenti għal fuq id-distanzi kbar – l-Ukreni għandhom iġiegħelu lir-Russi jirtiraw l-artillerija tagħhom lejn zoni aktar imbiegħdin. U f’każ li dan iseħħ, is-suldati ta’ Moska ma jkollhomx alternattiva ħlief li jirtiraw għaliex ikunu tilfu l-vantaġġ li qed toffrilhom dik l-artillerija.
Mietu għexieren ta’ eluf ta’ nies – b’miljuni jispiċċaw kostretti li jaħarbu minn djarhom – mindu r-Russja bdiet l-invażjoni tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.
Min-naħa tiegħu, il-President Russu Vladimir Putin issa qed jhedded li ‘joqot xi miri fl-Ukrajna li ma ntlaqtu qatt qabel matul il-gwerra’ f’każ li l-pajjiżi tal-Punent jissupplixxu lill-Ukreni bil-missili għal fuq id-distanzi kbar. Putin,f’dan il-każ, tenna li pass bħal dan min-naħa tal-Punent għandu jservi biex itawwal kemm jista’ il-konflitt fl-artijiet Ukreni.
//= $special ?>

