Il-lokalità tal-Mosta tinsab magħquda wara dak li seħħ is-Sibt, li ħafna ddeskrivew l-inċident li seħħ fil-kamra tan-nar tas-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu bħala miraklu li ma’ miet ħadd.
Fl-għodwa tal-Ħadd Net News żar il-Mosta fejn wieħed mal-ewwel seta’ jilmaħ għadd ta’ bnadar bl-ilwien tal-Madonna fejn ittelgħu bħala radd il-ħajr lill-Assunta hekk kif id-disgrazzja setgħat tiġi ħafna agħar.
Fil-Mosta, tkellimna ma’ numru ta’ nies li ddeskrivewlna fejn kienu meta seħħet l-ispluzzjoni b’ħafna jlissnu magħna li ma semgħux l-isplużjoni.
Bla dubju tispikka l-għaqda f’din il-lokalità fost dawk id-dilettanti u anke fost il-Mostin fejn bosta qalu magħna li f’mumenti bħal dawn tinsa kull differenza li jista’ jkun hemm.
Intant il-Ħadd ħarġet l-aħbar li telgħu għal tlieta l-persuni rikoverati l-isptar wara din l-isplużjoni hekk fil matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd Mosti ta’ 60 sena kellu jiddaħħal l-Isptar fejn ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qalu wkoll li r-raġel ta’ 25 sena li weġġa’ fl-istess splużjoni ġie ċċertifikat li qed isofri wkoll minn ġrieħi gravi.
Bosta Mostin stqarrew li kienu jafu lil dawk involuti f’dan l-inċident u li hija barka li dan l-inċident ma kienx wieħed fatali b’ħafna jgħidu li issa qed iħarsu ‘l quddiem biex nhar il-15 ta’ Awwissu jiċċelebraw flimkien il-festa tal-Assunta.
//= $special ?>