Fir-Roland Garros fil-court prinċipali Philippe Cartier, suċċess ieħor għal Rafael Nadal li fil-finali għeleb lin-Norveġiż Casper Ruud. Wara li rebaħ l-ewwel set 6 – 3, fit-tieni set reazzjoni minn Ruud li f’mumenti kien 3 – 1 fil-vantaġġ. Nadal dawwar ir-riżultat fejn fil-mument li mar 3 – 3 temm biex rebaħ is-set 6 – 3.
Fit-tielet set wara li Nadal fetaħ vantaġġ ta’ 3 – 0 bla risposta minn Ruud. Dominju assolut minn Nadal li temm is-set 6 – 0 f’rebħa aktar faċli mill-previst. Kien l-erbatax il-suċċess għal Nadal fl-Open ta’ Franza wara li kien rebaħ bejn l-2005 – 2008 ; 2010 – 2014 u bejn l-2017 – 2020.
//= $special ?>