Lokali

Raġel ieħor jiddaħħal l-isptar wara l-isplużjoni tal-Mosta

Ritratt: Martin Agius

Telgħu għal tliet l-persuni li jinsabu rikoverati l-isptar wara l-isplużjoni li seħħet ilbieraħ fil-Kamra tan-Nar fil-limiti tal-Mosta.

Dan wara li tard ilbieraħ bil-lejl, il-Pulizija tal-Għassa tal-Mosta ġew infurmati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kien iddaħħal l-Isptar Mater Dei raġel ieħor li kien involut f’dan il-każ.

Ir-raġel, li għandu 60 sena u jgħix il-Mosta, ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar din l-isplużjoni għadhom għaddejjin.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu wkoll li r-raġel ta’ 25 sena li weġġa’ fl-istess splużjoni ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

(Ritratt: Martin Agius)