Futbol Sport

Rebħa meritata għat-tim nazzjonali Malti fuq San Marino

(Ritratt: Malta FA)

SAN MARINO ……….. 0

MALTA …………………… 2

San Marino: E.Benedettini, M.Cevoli, D.Rossi, M.Palazzi, A.D’Addario (T.Zaffareni 68’), L.Lunadei, M.Battistini (L.Censoni 85’), A.Golinucci, L.Ceccaroli (F.Tomassini 68’), D.Rinaldi (A.Hirsch 80’), N.Nanni (M.Bernardi 85’)

Malta: H.Bonello, S.Borg, E.Pepe (F.Apap 90’), J.Borg (Z.Muscat 69’), J.Mbong (J.Corbolan 46’), M.Guillaumier (N.Muscat 87’), D.Vella (J.Busuttil 46’), A.Magri Overand, B.Paiber, A.Satariano, J.Degabriele

Referee: Aliyar Aghayev

Fi Stadio Olimpico San Marino t-tim nazzjonali Malti kiseb rebħa meritata ta’ 2-0 fuq San Marino, f’partita valida minn Grupp 2 ta’ League D tal-UEFA Nations League.

L-ewwel azzjoni għat-tim nazzjonali Malti waslet fit-3 minuta meta minn azzjoni ta’ Joseph Mbong kien Matthew Guillamier li kkonkluda barra mil-lasti ta’ Elia Benedettini. Malta għal darb’oħra viċin fit-12-il minuta meta Alex Satariano waqqa’ lejn Dunstan Vella fil-kaxxa, bil-konklużjoni tal-midfielder tgħaddi ftit barra. Fit-33 minuta azzjoni maħduma tajjeb bejn Adam Magri Overand u Brandon Paiber, bix-xutt ċentrali ta’ dan tal-aħħar ikun salvat mingħajr diffikulta’ mill-goalkeeper ta’ San Marino.

Fit-tieni taqsima il-players Maltin żiedu il-pressjoni biex fid-59 minuta fetħu l-iskor, meta minn pass ta’ Matthew Guillaumier kien s-sostitut Jan Busuttil li b’xutt mill-isbaħ kkonkluda fix-xibka għal 1-0. It-tieni gowl ta’ Malta wasal fil-75 minuta meta cross preċiż ta’ Juan Corbolan kien Matthew Guillaumier li bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-0. Fil-85 minuta Malta viċin it-tielet gowl meta Jan Busuttil għadda tajjeb, żmarka lil Alex Satariano bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra mil-lasti ta’ Benedettini.