League A – Grupp 3
Ungerija 1-0 Ingilterra
L-Ingilterra sofrew l-ewwel telfa tagħhom f’partita kompettitiva sad-90 minuta sa mill-2020, meta f’Budapest huma kien megħluba mill-Ungerija bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-66 minuta meta Reece James deher iwaqqa’ lil Zsolt Nagy fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Dominik Szoboszlai għeleb lil Jordan Pickford għal riżultat finali ta’ 1-0.
Italja 1-1 Ġermanja
Fi Stadio Renato Dell’ Ara, tim Nazzjonali Taljan kompost minn ħafna plejers bi ftit jew xejn esperjenza f’dan il-livell irnexxielu jżomm lil Ġermanja fi draw ta’ 1-1. L-Azzurri kienu għadhom kemm ġejjin minn telfa ta’ 3-0 kontra l-Arġentina fil-Finalissima filwaqt li għall-Ġermanja din kienet l-għaxar partita mingħajr telfa. It-tim ta’ Roberto Mancini marru fil-vantaġġ fis-70 minuta meta kien is-sostitut Degnand Gnoto li tefa’ kross preċiż lejn LORENZO PELLEGRINI li quddiem lasta vojta ma’ żbaljax. L-Azzurri ma’ damux wisq iġawdu l-vantaġġ għax tliet minuti wara kien JOSHUA KIMMICH li spara fix-xibka wara inċertezza fid-difiża Taljana.
League B – Grupp 1
Armenja 1-0 Irlanda
L-Armenja fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa fuq l-Iranda f’dik li kienet l-ewwel rebħa għall-Armeni minn tliet konfronti bejniethom. Il-gowl tat-tim immexxi mill-Ispanjol Joaqin Caparros wasal fil-75minuta meta kien EDUARD SPERTSYAN li b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Keheller u ta t-tliet punti lil pajjiżu.
League B Grupp 3
Finlandja 1-1 Bosnija
Montenegro 2-0 Rumanija
Fi Stadion Pod Goricom il-Montenegro ma’ ddiżappuntawx biex għelbu lir-Rumanija 2-0 b’żewġ gowls fit-tieni taqsima. minkejja li kellhom nieqsin liż-żewġ pedini importanti tagħhom Savic u Jovetic. L-ewwel gowl wasal fis-66 minuta minn azzjoni mibdija minn Marko Vesovic li avvanza mal-linja u tefa’ kross fuq it-tieni lasta li sab lil Haksabanovic li niżżel bir-ras fid-direzzjoni ta’ STEFAN MUGOSA li b’xutt mill-viċin tefa’ ġewwa. Il-Montenegrini ssiġġilaw ir-rebħa eta MARKO VUKCEVIC minn ġol kaxxa b’xutt bix-xellug għeleb għal kollox lil Nita għal skor finali ta’ 2-0.

League C – Grupp 1
Litwanja 0-2 Lussemburgu
Turkija 4–0 Ġżejjer Faroe
It-Turkija ftit tħabbtu biex rebħu lill-Ġżejjer Faroe meta quddiem is-supporters tagħhom skorjaw erba’ darbiet biex kisbu t-tieni rebħa tagħhom f’darhom fl-istoja ta’ din il-kompetizzjoni. It-Torok fetħu l-iskorfis-37 minuta meta kien il-plejer ta’ Marseille CENZIG UNDER li approfitta minn żball tal-goalkeeper Gunnar Nielsen u minn barra l-kaxxa qabbeż minn fuq l-istess Nielsen. Żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima wasal it-tieni gowl tat-Turkija minn ħarba tal-plejer ta’ Brentford HALIL DERVIZOGLU li sab ruħu quddiem il-lasta ma’ żbaljax. It-Torok skorjaw darbtejn oħra fit-82 u fil-85 minta permezz ta’ SERDAR DURSUN u MERIH DEMIRAL rispettivament.
