Bejn is-Sibt u l-Ħadd, pajjiżna rreġistra mewta oħra kawża tal-Covid-19, bl-ammont totali ta’ mwiet issa jitla’ għal 723.
Fl-aħħar 24 siegħa, nstabu 66 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fl-istess ħin fiequ 97 persuna oħra. B’hekk, in-numru ta’ każi attivi issa naqas għal 1,392.
Sadanittant, it-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus mhux magħruf hekk kif l-Ministeru tas-Saħħa m’għadux jagħti din l-informazzjoni, minkejja ż-żieda fl-imwiet.
//= $special ?>