Il-każi attivi tal-Coronavirus f’pajjiżna żdiedu bi tnejn hekk kif fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 62 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 60 persuna mill-COVID-19.
Dawn l-aħħar ċifri tas-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta u f’Għawdex iħallu t-total ta’ każi pożittivi bħalissa jammontaw għal 1,394.
It-total ta’ imwiet sa mill-bidu tal-pandemija baqa’ jammonta 723 hekk kif fl-aħħar sigħat ma kienet reġistrata ebda fatalità bil-virus.
Informazzjoni dwar kemm hemm persuni b’kumplikazzjonijiet tal-virus li jeħtieġu kura fl-isptarijiet m’għadix aktar aċċessibbli għall-media u għalhekk ma nafux kemm hemm nies bil-COVID fl-Isptar Mater Dei jew kemm minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>