Janice Chetcuti, PN
Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti appellat biex Malta bħala pajjiż żgħir tkun żviluppata fi ġnien kbir.
Fid-dibattitu aprlamentari dwar l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet li 92 % fil-mija huma mħassba dwar it-tibdil fil-klima u l-effetti li dan iħalli fid-dinja. L-effetti fuq Malta jistgħu jkunu ikbar minħabba li hi pajjiż żgħir.
Malta qed teqred il-ftit ħdura li fadal fejn anki msaġar qed jinqerdu minħabba n-nixfa. Dan filwaqt li x-xita qed tonqos bil-konsegwenza li qed iseħħu fenomini li qed jisaħħu minn kulħadd b’mod dirett bi ħsarat fl-art agrikola.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ż-żidiet fit-temperatura qed ikollhom effetti qawwija li diġà qed jinħassu bil-konswegenza li l-poplu qed już iktar emzzi li jħammġu l-arja biex jikkumbattu kemm is-sħana kif ukoll il-kesħa. Mhux kulħadd jista’ jkessaħ daru bl-arja kundizzjonata bil-konsegwenza li dawn ikollhom battu s-sħana kbira.
Hi tkellmet dwar il-livelli tal-baħar u trattat l-effetti li dawn qed ikolhom fosthom fil-bio-diversità u l-eko-sistemi. Jeħtieġ li l-gvern jaħdem ferm iktar biex jinċentiva lill-poplu, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-Oppożizzjoni twiegħed l-appoġġ għal inizjattivi favur l-ambjent.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li qed ikunu approvati ammonti għall-edukazzjoni; dan hu ta’ importanza vitali. Fl-aħħar sena kien hemm tnaqqis f’dan ir-rigward iżda kien hemm żieda fil-kontravenzjonijiet.
L-ERA għandha tieħu din it-triq u ma timxi ma kulħadd l-istess; kemm mal-individwi kif ukoll mal-entitajiet li jiksru l-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista kritikat it-tneħħija ta’ siġar u sostniet li tifhem li ċertu żvilupp irid isir iżda dan jsir b’kunsiderazzjonijet ambjentali. Janice Chetcuti żiedet li kien pożittiv li qed isir moderinizzar fi Spencer Gardens u appellat biex isiru iktar pulmuni ħodor fil-pajjiż. Hi kkritikat it-tabelli f’ċertu ġodda pubbliċi li ma jħallux annimali jew tfal bir-roti jidħlu fihom.
//= $special ?>

