Lokali

COVID-19: 93 każ ġdid

Il-każi attivi tal-Coronavirus f’pajjiżna jammotaw ghal  1389 hekk kif fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 93 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 98 persuna mill-COVID-19.

It-total ta’ imwiet sa mill-bidu tal-pandemija baqa’ jammonta 723 hekk kif fl-aħħar sigħat ma kienet reġistrata ebda fatalità bil-virus.

Informazzjoni dwar kemm hemm persuni b’kumplikazzjonijiet tal-virus li jeħtieġu kura fl-isptarijiet m’għadix aktar aċċessibbli għall-media u għalhekk ma nafux kemm hemm nies bil-COVID fl-Isptar Mater Dei jew kemm minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.