Futbol Sport

Draw bejn l-Ġermanja u l-Ingilterra….l-Italja lura għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Gowl lejn it-tmiem ta’ Harry Kane salva punt għall-Ingilterra fi draw ta’ 1-1 kontra l-Ġermanja f’partita minn Grupp 3 ta’ League A tal-UEFA Nations League. Kienu il-Ġermanja li marru fil-vantaġġ fil-51 minuta permezz ta’ Jonas Hofmann. L-Ingilterra kellhom jistennew sat-88 minuta biex ġabu l-iskor indaqs meta kien penalty ta’ Harry Kane li għamilhom 1-1, bl-istess Kane jiskorja l-50 gowl tiegħu mat-tim nazzjonali Ingliż.

Fi Stadio Dino Manuzzi, l-Italja għelbet lill-Ungerija bl-iskor ta’ 2-1 u b’hekk irritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta’ żewġ partiti. Kien Nicolo Barella li man-nofsiegħa logħob poġġa lill-Italja fil-vantaġġ, bit-tim ta’ Roberto Mancini jiskorja t-tieni gowl ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Lorenzo Pellegrini. L-Ungerija naqsu l-iskor fil-61 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Gianluca Mancini.

UEFA NATIONS LEAGUE
Ilbieraħ: Ġermanja v Ingilterra 1-1, Italja v Ungerija 2-1, Finlandja v Montenegro 2-0, Bosnija v Rumanija 1-0, Gżejjer Faroe v Lussemburgu 0-1, Litwanja v Turkija 0-6 Għada: Belġju v Polonja 8.45pm, Wales v Olanda 8.45pm, Irlanda v Ukranja 8.45pm, Skozja v Armenja 8.45pm