Artiklu: Stewart Said
Ir-rebħa ta’ Birżebbuġa Freeport hi l-iktar waħda li spikkat fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf. Għalkemm għadha biss l-ewwel ġurnata tal-Fażi Preliminari, din ir-rebħa tista’ tkun determinanti għal Birżebbuġa biex jilagħbu fil-Kampjonat Premier. Qabel kull partita nżammet minuta silenzju b’rispett tal-leġġenda ta’ dan l-isport Charles Mock li miet il-ġimgħa l-oħra.
Birżebbuġa għelbu lil Valletta Izibet b’distakk ta’ gowl li wasal fl-aħħar minuta u nofs tal-logħba. Inċidentalment l-istess distakk kien ukoll fil-konfront bejniethom fil-Kampjonat tax-Xitwa.
Il-logħba kienet bilanċjata, bit-tim ta’ Pierre Borg aħjar fl-ewwel nofs tal-logħba u meritatament kellu vantaġġ ta’ 3-1. Iżda reazzjoni minn Valletta fil-bidu tat-tielet sessjoni wasslet biex għall-ewwel darba marru fil-vantaġġ permezz ta’ Sebastian Busuttil u doppjetta immedjata ta’ Andrea Agius.
Il-preġju ta’ Birżebbuġa kien li wieġbu mill-ewwel u saħansitra bdew l-aħħar sessjoni minn fuq. Valletta baqgħu jittamaw u għal darbtejn ġabu d-draw, iżda Birżebbuġa żammew il-gowl vantaġġ, b’dak li spiċċa ddeċieda l-logħba wasal minn Keith Tanti. Fl-aħħar xutt tal-logħba, Valletta saħansitra laqtu l-mimduda.
San Ġiljan JP Projects kif mistenni ma sabux diffikultà biex għelbu lil Marsaxlokk Brown’s, bit-tim hu miżgħud minn plejers żgħażagħ li huma proprjetà ta’ Neptunes.
Il-Ġiljaniżi urew l-intenzjonijiet tagħhom mill-bidu u kisbu vantaġġ kbir li mill-ewwel ta direzzjoni fejn sejra l-logħba, b’diversi gowls li waslu minn kontrattakki. Spikka l-captain Matthew Zammit, awtur ta’ ħames gowls. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Marsaxlokk qasmu ftit il-logħob, kontra tim Ġiljaniż li ma kienx bl-iskwadra regolari.
Fl-aħħar logħba tal-ġurnata, Exiles ukoll ma kellhomx problemi biex kisbu l-ewwel rebħa fi Grupp B, l-istess grupp ta’ San Ġiljan. Il-logħba kienet bla storja, b’Exiles fil-kmand tal-logħba tul il-konfront.
Huma rebħu l-ewwel sessjoni 4-0 u skorjaw erba’ gowls oħra mingħajr risposta fit-tieni sessjoni biex aċċertaw mir-rebħa. Huma komplew jikkontrollaw il-logħba fit-tieni parti tal-logħba, b’David Fenech jiskorja tripletta fit-tielet sessjoni. L-uniku konsolazzjoni għal Barracudas tkun li rnexxielhom isibu x-xibka.
VALLETTA IZIBET…………….. 6
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 7
(0-1), (1-2), (3-2), (2-2)
Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia, M. Pace, L. Hyzler, S. Busuttil (1), Z. Micallef, D. Paolella (1), M. Mifsud, S. Micallef (1), A. Agius (3), K. Galea, J. Culic, A. Bugeja, L. Felice, R. Attard
Birżebbuġa: M. Vassallo, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech, C. Mifsud, R. Mock (1), D. Cutajar (2), S. Bezzina, K. Tanti (2), G. Mannino (1), M. Curmi, M. Sladden, D. Incorvaja, G. Sammut (1)
Referees: Stefan Licari, Michele Alessandroni
MARSAXLOKK BROWN’S……. 6
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 21
(2-7), (0-3), (1-7), (3-4)
Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri, C. Cutajar, B. Zammit, D. Cordina, D. Bugeja, M. Zammit (2), L. Mallia, L. Saliba, R. Galea (3), J. Valletta, A. Cook (1), M. Farrugia, E. Mallia, R. Scerri
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (3), A. Galea (4), N. Schiavone, R. Caruana (1), M. Zammit (5), B. Plumpton (3), D. Tully, J. Bonavia, N. Zammit (1), D. Zammit (1), N. Bugelli (1), G. Vassallo, M. Ortoleva (2), D. Fero
Referees: Alessandro Carrer, Richard Magri
EXILES……………………….. 19
BARRACUDAS……………. 4
(4-0), (4-0), (6-2), (5-2)
Exiles: M. Castillo, N. Saliba (1), L. Gialanze (1), P. Paris, T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti (3), N. Paris, J. Bajada (2), M. Aquilina (3), D. Fenech (4), G. Borg, M. Martellacci (1), L. Pursehouse (1)
Barracudas: M. Gouder, A. Piccione, A. Magri (1), P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino (1), S. Aquilina, L. Galea, D. Camilleri, S. Camilleri, J. Bugeja, T.J. Mifsud (1), C. Bugeja, N. Camenzuli (1)
Referees: Michele Alessandroni, Peter Balzan
Logħob li jmiss
Għada
Grupp B
Sliema v Marsaskala 6.15pm
Grupp A
Sirens v Otters 7.20pm
Ta’ Xbiex v Neptunes 8.25pm
//= $special ?>