Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara li sfrondat parti mill-promenade ta’ Wied il-Għajn

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara li sfrondat parti mill-promenade ta’ Marsaskala.

Jidher li din il-parti tal-bankina sfrondat fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, biz-zona tingħalaq kompletament sabiex jiġi evitat kull periklu.

In-nies qed ikunu mħeġġa biex jevitaw li jgħaddu qrib iz-zona fejn seħħ l-inċident.

Jirriżulta li immedjatament se jibda x-xogħol ta’ manutenzjoni.