f’Melila, t-tim Malti ta’ taħt il-21 sena tilef bl-iskor ta’ 7-1 kontra Spanja. Bis-seba’ telfa minn disa’ partiti u bid-draw ta’ 1 – 1 bejn Litwanja u Irlanda, it-tim Malti niżel fl-aħħar post fil-klassifika. Telfa kbira li mmaturat fit-tieni taqsima bi Spanja tiskorja b’mod kontinwu tant li f’mumenti deher li l-iskor seta’ jkun akbar. Wara biss tmien minuti Spanja fetħu l-iskor permezz ta’ ROBERTO NAVARRO li għeleb lil Silla. Bit-tim Malta kostrett li jiddefendi b’xi mod l-ewwel intemmet bl-iskor ta’ 1 – 0 It-tieni taqsima kienet storja differenti.
Fis-47 minuta, cross fil-baxx ta’ Riquelme b’ ABEL RUIZ ma jkollu ebda problema jgħeleb lil Sylla. Fis-56 minuta l-iskor sar 3 – 0 meta minn cross ta’ Riquelme, żball ta’ Leonardi b’ MANU SANCHEZ ma jfallix. Fl-64 minuta kien ABEL RUIZ li minn pass ta’ Lobete għamel l-iskor 4 – 0. Fid-69 minuta l-iskor sar 5 – 0 meta minn azzjoni ta’ Novoa kien ROBERTO NAVARRO li għeleb lil Sylla. 6 – 0 fit-73 minuta din id-darba b’gowl minn JULEN LOBETE sabiex fis-77 minuta minn azzjoni ta’ Camello kien mill-ġdid LOBETE li għamel l-iskor 7 – 0. Fl-84 minuta, konsolazzjoni għat tim Malta b’gowl mill-isbaħ minn ANDREA ZAMMIT li minn nofs il-pitch qabad lil Agirrezabala barra minn postu biex illobbja ġewwa għas – 7 – 1
//= $special ?>