Sirjan ta’ 26 sena tressaq b’arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat tal-għassa Bridgette Sultana akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Sirjan ieħor u ġrieħi ħfief fuq mara u raġel mill-Polonja.
Il-każ seħħ f’Marsalforn nhar il-Ħadd li għadda.
Is-Sirjan kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, u li saq b’mod traskurat.
Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi, u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizjonijiet.
Il-każ kien seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tas-7:30am. U fl-argument kienu involuti erba’ persuni; Pollakka ta’ 25 sena, Pollakk ta’ 29 sena u żewġ Sirjani ta’ 23 u 26 sena – b’dan tal-aħħar jingħata l-libertà proviżorja.
//= $special ?>