Futbol Sport

Mbappe, Vinicius Jr u Haaland l-aktar plejers ta’ valur fid-dinja

Kylian Mbappe, Vinicius Jr u Erling Haaland huma l-aktar plejers ta’ valur fid-dinja, skont il-grupp ta’ riċerka Centru Internazzjonali tal-Istudji tal-isport b’analiżi dwar il-futbol. Mbappe, ta’ 23 sena, li kkonferma li se jibqa’ ma’ Paris St-German, huwa stmat li jiswa 205.6 miljun ewro. Il-winger Brażiljan ta’ Real Madrid Vinicius Jr, li skorja fil-finali taċ-Champions League kontra Liverpool, jinsab it-tieni bi stima ta’ 185 miljun Ewro filwaqt li l-attakkant tan-Norveġja u Manchester City Erling Haaland huwa stmat 152 miljun Ewro Il-midfielder ta’ Borussia Dortmund Jude Bellingham huwa l-iktar plejer Ingliż li jiswa u jinsab fil-ħames post stmat 133 miljun Ewro qabel il-midfielder ta’ Manchester City Phil Foden fis-sitt post 123 miljun ewro .

Il-klabbs tal-Premier League jiddominaw il-lista b’41 rappreżentant fl-ewwel 100. Iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Istudji tal-isport juża firxa ta’ fatturi inklużi l-età tal-plejer, il-prestazzjonijiet, il-valur ekonomiku tal-klabb tagħhom u l-inflazzjoni biex jinħadmu l-valuri tat-trasferimenti stmati. L-attakkant ta’ Franza Mbappe li ffirma kuntatt ġdid ta’ tliet snin ma’ PSG ix-xahar li għadda skorja 28 gowl fil-Kampjonat Franciż biex għen lil PSG jirbħu t-titlu 2021-22. Haaland, ta’ 21 sena, qed jingħaqad ma’ Manchester City mingħand Borussia Dortmund wara li Manchester attivaw il-klawżola ta’ rilaxx tiegħu ta’ 60 miljun ewro . Gianluigi Donnarumma ta’ PSG, li rebaħ il-Kampjonat tal-Ewropa mal-Italja, huwa l-aktar goalkeeper li jiswa bi 73 miljun Ewro minkejja li jinsab fil-41 post.