Internazzjonali

Renju Unit: Il-Liberali Demokratiċi determinati (xorta waħda) li jwarrbu lil Boris Johnson minn Prim Ministru

LONDON, ENGLAND - JANUARY 30: Ed Davey, Leader of the Liberal Democrats, leaving BBC Broadcasting House after appearing on Sunday Morning on January 30, 2022 in London, England. Sophie Raworth, the veteran BBC journalist, is serving as the interim host of the Sunday morning political programme after the departure of Andrew Marr last month. (Photo by Hollie Adams/Getty Images)

Il-Partit tal-Liberali Demokratiċi f’minoranza, fl-aħħar sigħat, ressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja tiegħu fil-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson. Il-mozzjoni li tressqet quddiem il-Parlament għandha tagħti lid-deputati tal-Partiti kollha l-opportunità biex jivvutaw dwar il-futur tal-Prim Ministru Britanniku.

Il-Kap tal-Lib Dems, Sir Ed Davey, fisser lil Boris Johnson bħala ‘deputat li gideb lin-nies’ b’konnessjoni mal-iskandlu tal-festini li kienu saru sentejn ilu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street ( f’Londra) u waqt li l-poplu Britanniku kien qed jinżamm taħt lockdown minħabba l-Covid-19.

Davey qal ukoll li Boris Johnson ‘jinsab imdendel bi spaga’ u li vot ta’ sfiduċja fost il-membri kollha tal-House of Commons (f’Londra) ‘għandu jsservi bħala opportunità biex jitranġaw l-iżbalji tal-passat waqt li hu (Johnson ) iħallas il-prezz politiku dovut’.

Madankollu, it-tip ta’ vot fil-Parlament li jixtieq Ed Davey għandu jsir biss f’każ li l-Partit Laburista – bħala l-Oppożizzjoni Uffiċjali f’Londra – isejjaħ speċifikament għal dan il-proċess.