Sport Sport Ieħor

Tiraturi Maltin viċin il-podju f’Baku

It-tiraturi Maltin li kkompetew fit-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isparar, li saret f’Baku, l-Ażerbajġan, temmew il-kompetizzjoni bit-Tim Skeet Team b’pass il-bogħod mill-podju, meta tilfu l-konfront għall-Midalja tal-Bronż kontra t-tim tal-Kuwajt .It-Malti tilef 6. punti għal 2. Fl-istadji ta’ kwalifikazzjoni, Marlon Attard, Clive Farrugia u Marcello Attard laqtu 210 minn 225 plattina.

Dan ir-riżultat poġġa lil Tim Malta bl-istess punteġġ daqs dawk tal-Ażerbajġan u r-Repubblika Ċeka. Fix-shoot-off bejn tlieta, it-tim tal-Ażerbajġan ġie eliminat b’żewġ plattini li jħallew lir-Repubblika Ceka u Malta jikkompetu għal min ikun eliminat direttament bis-sudden death. Tim Malta rebaħ l-eliminazzjoni diretta meta laqat 12 il-plattina kontra il-ħdax tar-Repubblika Ceka. Minkejja li Tim Malta falla fil-finali għal midalja tal-bronż dan ir-riżultat għandu jitqies bħala wieħed mill-aktar pożittiv.Minn Frar 2022 it-tim Malti kien taħt is-superviżjoni tal-kowċ Bruno Gubellini.