Lokali

Żewġ Ġermaniżi jittieħdu l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija Għawdex

Żewġ Ġermaniżi ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn krejn tal-għamla Tadano TR301 misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti Għajnsielem u Isuzu KB, li kien qed jinstaq minn Ġermaniż ta’ 48 sena. Passiġġier fl-Isuzu kien hemm ukoll Ġermaniż ta’ 51 sena.

Iż-żewġ Ġermaniżi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ta’ 51 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier ta’ 48 sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief. Ix-xufier tal-krejn ma sofriex ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.