It-8 ta’ Ġunju, ġurnata speċjali għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista – Bernard Grech jiċċelebra għeluq sninu, hekk kif għalaq 51 sena.
Bernard Grech twieled Raħal Ġdid fit-8 ta’ Ġunju 1971. Miżżewweġ lil AnneMarie u jgħixu l-Mosta. Huma għandhom żewġt itfal: Neil u Maria.
Bernard Grech kien ilu snin iservi bħala avukat qabel ma daħal fil-politika. Kien fit-3 ta’ Ottubru 2020 illi ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista, u sussegwentament Kap tal-Oppożizzjoni. Dan filwaqt li ftit tal-jiem ilu huwa għal darb’oħra ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista b’maġġoranza assoluta mill-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.
Fi tfulitu hu segwa l-edukazzjoni sekondarja u ħa l-formazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwigi. Imbagħad iggradwa mill-Università ta’ Malta bħala Avukat fl-1995.
Għal diversi snin ħadem fil-volontarjat maż-żgħażagħ, il-persuni bi bżonnijiet speċjali u l-Malta Community Chest Fund. Flimkien ma’ AnneMarie kienu jagħtu l-korsijiet lil koppji li kienu se jiżżewġu mal-Moviment ta’ Kana.
Kien ukoll l-Avukat tal-Malta Football Referees Association u hu l-President Onorarju tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru ta’ Birżebbuġa, fejn għex parti minn tfulitu.
Għal xi żmien, Bernard Grech kien ukoll Visiting Lecturer fl-Università ta’ Malta.
//= $special ?>