Lokali Parlament

Bilanċ bejn il-protezzjoni tal-embrijun u x-xewqa tal-ġenituri li jixtiequ wild

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex fl-Abbozz ta’ Liġi li jemenda diversi liġijiet dwar il-Prokrezzjoni Assistita (IVF) jintlaħaq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-embrijun u x-xewqa tal-ġenituri li jixtiequ wild.

Fil-parlament Stephen Spiteri tkellem dwar il-bilanċ bej il-bidu tal-ħajja fl-embrijun u dawk li jixtiequ jsiru ġenturi f’sens wiesa’ minħabba li l-liġi tagħti dritt li anki ġenituri singoli jinqdew bl-IVF.

Hu sostna li din hi t-tielet darba li se titressaq liġi dwar l-IVF; fl-2012 fejn tnisslet l-ewwel liġi għall-IVF li kienet tipproġeti anki lill-ommijiet involuti.

Din kienet emendata fl-2018 fejn iddaħħlet il-possibbiltà li jkun hemm iktar suċċess biex anki koppji omosesswali biex ikollhom familja. Il-liġi tal-2018 kienet utli għaliex illum hemm is-suċċess tagħha anki dwar it-trabi li twieldu bl-aħħar snin u kemm irnexxew persuni jsiru ġenituri.

Din il-liġi qed isejjaħ biex il-prokreazzjoni assistita tagħmel dispożizzjonijiet anċillari għalihom; dan fih ħafna sens. Dawn huma l-għodod li se jintużaw biex dan is-servizz ikompli jissaħħaħ.

Hu qal li ma jridxu ikunu ikkunsidrati biss il-koppji iżda lejn il-bidu tal-ħajja umana li trid tkun ukoll protetta. L-IVF tintuża wkoll anki f’donazzjonijiet ta’ gameti u sperma; irridu nitkellmu wkoll fuq il-bidu tal-ħajja umana li għandha tkun trattat b’rispett.

S’issa twieldu 425 tarbija minn meta daħlet il-liġi fis-seħħ; dan huma ħajjiet ġodda li rnexxew u kibru u llum gandhom l-ulied. Hu għamel kuraġġ li lil dawk li ma rnexxewx.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn il-persuni għandhom bżonn iktar minn trattament medika iżda għajnuna oħra permezz tar-riżorsi umani għalkemm hemm ukoll l-aspett finanzjarju li kien jaqta’ qalb il-persuni li kienu għaddejjin minn dawn il-proċessi. Għalhekk il-PN kien ippropona li dawn il-mediċini jingħataw bla ħlas wara li l-Gvern sema’ dawn il-proposti.

Stephen Spiteri qal li llum Malta għandha rata sodisfaċenti ta’ tfal li jitwieldu komparata ma’ pajjiżi Ewropea. Hu semma’ l-Awtorità li tipproteġi l-embrijuni u qal li din issa għandha responsabbiltà ikbar bil-protokoll li jirregola proċessi ġodda li jistgħu jagħmlu dijagoesi fuq l-embrijuni biex issir l-evalwazzjoni ġenetika. Dan hu piż kbir biex jintlaħaq bilanċ bejn min irid isir ġenitur u l-bidu tal-ħajja umana.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ħajja umana tibda mill-konċepiment; dan irid ikun il-punt tat-tluq. Hu fakkar fl-Att li jipproteġi lill-embrijun li hu aspett importanti f’dan l-att; kulħadd irid ikun hemm biex jipproteġi dan l-istadju tal-ħajja umana. Il-bidu il-ħajja f’laboratorju jew bi proċess normali huma l-istess; jekk il-bidu tal-ħajja jitwassal sa fejn għandu allura jkun hem il-bidu tal-ħajja umana.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li f’dan l-istadju bikri, irriud nkunu ttarka ta’ dak li jista’ jseħħ F’dan is-suġġet tma jsirux paraguni ma’ pajjiżi oħra għaliex aħna għandha soċjetà differenti li għandu prinċipji, regoli u etika. Għalhekk iridu nirrikonoxxu kull ħajja umana mill-bidu sal-aħħar; jekk dan ma jsirx nitilfu aħfna minn dak li bdejna, sostna d-deputat Nazzjonalista, li enfażizza li rridu nkunu leali lejn il-ħajja iżda ngħinu lil min għandu diffikultà. Kull deċiżjoni trid tirrispetta l-valur lejn il-ħajja umana biex inħarsu l-interessi tal-embrijun u tal-ġenituri prospettivi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-embrijun ikun diġà rikonoxxut bħala ħajja bi drittijiet; persuna mhux oġġett. Hu qal li jifhem koppji li jinsabu f’diffikultà għaliex għandhom kundizzjoni ġenetika li jistgħu jgħadduha lil uliedhom; l-Oppożizzjoni ssostni li ħafna emendi mressqa qed jgħinu b’dinjità lil min jixtieq isir ġenitur. Dan żgur li jagħti sodisfazzjon lill-Oppożizzjoni biex dawn il-koppji jkunu iktar magħrufa.

Id-deputat Nazzjonalista elenka l-elementi pożittivi tal-proposti li qed jitressqu u qal li l-Oppożizzjoni qed tħares lejn emenda 8 bħala kontardizzjoni lejn dak li hu l-protezzjoni tal-embrijun.

Din iddaħħal fis-seħħ proċedura biex ikun hemm ittestjar fuq l-embrijun fil-ħajja tal-ħajja biex issir dijagnosi ta’ kundizzjonijiet ġenetiċi biex ikun evitat it-trasferiment tal-mard ereditarji.

L-intenzjoni hi tajba li llum ix-xjenza qed tagħti bħala għodda biex tintuża; tikkonfondi x’jista’ jsir meta jkun hemm din l-għodda biex ikunu mgħejjuna l-familji. Din iżda ma twassalx għal kull soluzzjoni.

Stephen Spiteri kompla li min-naħa l-oħra hemm diffuultà beix ikun aċċettat li jsir il-proċess għaliex qed ikun ikkunsidrat il-prinċipju bażiku tal-protezzjoni tal-vulnerabbiltà tal-embrijun sa mill-bidu tiegħu. F’dan l-istadju jkun deċiż jekk l-embrijun hux san u perfett jew le. Dan l-embrijun jasal biex jgħix mingħajr dan il-proċess?

Il-protokoll fuq elementi li mhux kompatibbli għal ħajja fit-tul u hemm oħrajn li sla-lum iġorru l-kundizzjoni ġeneratika iżda qed jgħixu ħajja normali. F’soċjetà normali jkun hemm persuni differenti; iżda l-prinċipji ta’ persuni jridu jkunu kkunsidrati.

Il-PGT qed tagħti lok fejn jista’ jkun , mhux dejjem, ikun hemm detriment għall-istess embrijun. L-ewwelnett is-sitwazzjoni ta’ wara l-ittestajr fejn ikun konfermat difett ġenetiku jew jaqa’ taħt il-protokoll, dan skont ix-xewqa tal-ġenituri jista’ jispiċċa fil-friża għal dejjem.

L-adozzjoni ta’ dawn l-embrijuni li jkollhom difett hi xi ħaġa remota; is-selezzjoni tkun saret bejn min ikun tajjeb u min hu aħjar minn ħaddieħor. Dan qed joħloq diffikultà fl-ugwaljanza, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex ma jinfirdux id-drittijiet tal-embrijun u x-xewqa tal-ġenituri li jkollhom it-tfal.

Huq al li jista’ jkun hemm falliment fid-dijagnosi; għalhekk tidħol responsabbiltà ta’ min qed jopera. Din hi sitwazzjoni selettiva, invażiva u tista’ tkun distruttiva għaliex hemm persentaġġ ta’ wieħed minn kull ħamsa li l-embrijun ma jkomplix fil-ħajja tiegħu.

Dan hu punt kruċjali; irrid ngħinu f’dawn is-sitwazzjoni iżda min se jipproteġi dan l-istadju? Din hi sitwazzjoni ambigwa u diffikultuża anki għall-ġenituri prospettivi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn huma ta’ diffukultà biex l-Oppożizzjoni tapprova li dan is-servizz jibda jingħata. Barra minn Malta jarmu l-embrijuni; ma jagħtux kas li tmien ċelluli huma ħajja; aħna ninsabu f’Malta bil-liġijiet Maltin.

Stephen Spiteri qal li l-ħajja għandha tkun rispettata u d-deċiżjonijiet tal-ġenituri prospettivi. Hu tratta l-kundizzjonijiet mediċi li jissemmew u qal li l-persuni li jistgħu jkollhom kundizzjonijiet ġenetiċi m’għandhomx ikunu mwarrba.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandu jintlaħaq konsenus biex il-koppji b’mard ereditarju jkunu mgħejjuna bla illapazzar mal-ħajja umana. Jista’ jintuża l-Polar Body Testing lil nisa li jkollhom diffikultà, sostna Stephen Spiteri, li staqsa x’isir jekk ikun hemm ħafna embrijuni li ħadd ma jkun jaf x’se jagħmel bihom speċjalment.

Stephen Spiteri appella biex il-liġi li tħares id-drittijiet ta’ kulħadd; l-embrijun …irid jinstab bilanċ delikat fil-mediċina biex ikun magħżul x’inhu l-aħajr biex tkun protetta l-ħajja mill-bidu għax dak hu l-prinċipju waqt li tkun rispettata x-xewqa ta’ min irid isir ġenitur.