Ivan Bartolo, PN
Id-Deputat Ivan Bartolo elenka punti marbuta mal-lokalità tal-Mosta u sellem lir-residenti li għaddejjin minn tbatija kbira, l-aktar tar-residenti viċin proġett, iffaċċjati kuljum bi trabijiet, irwejjaħ u ħsejjes esposti, kif ukoll għas-sigurtà tal-proprjetà tagħhom.
Fl-Aġġornament tal-parlament hu semma’ lir-residenti ta’ Triq il-Kbira fil-Mosta, li ma jistax jimmaġina minn xhiex jgħaddu b’xogħlijiet bil-musmar wara bibhom. Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk dawn ix-xogħlijiet humiex koperti mill-assikurazzjoni tal-kuntrattur flimkien ma’ Infrastructure Malta u li jekk issir ħsara minħabba dawn ix-xogħlijiet, dawn se jkunu koperti? Hu semma’ li jekk resident apparat bħal high up irid jagħmel garanzija lill-Kunsill li ma ssirx ħsara l-bankina, mentri fil-każ imsemmi, ma jidhirx li hemm garanziji.
Fl-aġġornament, Ivan Bartolo ppreżenta ritratti ta’ triq prinċipali oħra fil-Mosta, li pparagunaha ma’ triq f’ pajjiż tat-tielet dinja. Hu sellem lil dawk it-tlett anzjani li hu żar u li f’ dawn l-aħħar xahrejn spiċċaw l-isptar minħabba li waqgħu fit-triq fil-Mosta.
Hu aċċena għal mara Ġermaniża li kienet ukoll waqgħet fil-Mosta u li kienet rebħet €40,000 kumpens, mentri lill-anzjani Mostin intefgħu l-isptar. Hu staqsa dwar il-prijoritajiet fil-komunità tal-Mosta u semma’ attivita li saret nhar it-Tlieta li għadda, biex jitfakkar it-twinning ma’ Millbrae u li għal din l-attivita ta’ nofs siegħa, ntefqu €20,000.
Hu sellem lil dawk kollha li kienu involuti fil-ħidma marbuta mal-inċident tal-isplużjoni fil-kamra tan-nar fil-Mosta nhar is-sibt li għadda li fiha ma miet ħadd. Hu appella biex l-injesta ssir biex is-soċjetà tieħu t-tagħlimiet minnha.
//= $special ?>

