Artiklu: Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT…………. 14
M’SKALA FISH AND FISH……. 7
(3-2), (4-2), (4-1), (3-2)
Sliema Frank Salt ma ddiżappuntawx fl-ewwel ħarġa tagħhom b’rebħa komda. F’dawn il-logħbiet li fihom ikunu favoriti li jiksbu l-massimu tal-punti, ikun importanti għalihom li ma jiddiżappuntawx.
Għalkemm ironikament kienu Marsaskala li marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ David Pace Lupi, Sliema wieġbu bi tliet gowls minn Zach Mizzi, Dino Zammit u Jamie Gambin. Il-vantaġġ ta’ Sliema kiber għal 7-2 fit-tieni sessjoni, b’Marsaskala jirnexxilhom inaqqsu d-distakk għal tliet gowls qabel tmiem is-sessjoni.
It-tim ta’ Beto Fernandez neħħa kull dubju minn possibbiltà ta’ sorpriża fit-tielet sessjoni, b’erba’ gowls oħra konsekuttivi, perjodu li rrifletta l-andament tal-logħba. Fl-aħħar sessjoni, Sliema komplew jikkontrollaw b’Dino Zammit jiskorja doppjetta u spiċċa l-aqwa skorer tal-logħba.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea, D. Rizzo, M. Meli, B. Cachia (1), J. Cutajar (1), M. Mifsud (2), J. Brownrigg, J. Gambin (2), Z. Mizzi (2), D. Zammit (5), A. Theuma, K. Borg (1)
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, P. Privitera (2), R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (2), G. Sammut, J. Ciantar (1), M. Carani (1), A. Muscat, S. Fava, F. Scardino
Referees: Massimo Angileri, Alessandro Carrer
SIRENS MECCA MARINE…… 25
OTTERS NIVEA………………… 6
(5-0), (6-2), (7-2), (7-2)
Sirens Mecca Marine għamlu dak li kien mistenni minnhom. Huma qed jippruvaw li jiksbu biżżejjed punti biex jirritornaw fil-Kampjonat Premier wara li s-sena l-oħra kienu kostretti jkomplu l-istaġun fl-Ewwel Diviżjoni.
Il-logħba kellha storja waħda, b’Sirens jiddominaw fis-sessjonijiet kollha filwaqt li Otters pruvaw perjodikament jimpenjaw il-lasta avversarja. Fost id-disa’ plejers li sabu x-xibka għal Sirens, spikka Gianni Farrugia b’seba’ gowls.
Sirens ftit ħlew ħin biex imorru fil-vantaġġ u skorjaw ħamsa mingħajr risposta permezz ta’ tripletta ta’ Gianni Farrugia u doppjetta ta’ Ken Erdogan. Otters sabu x-xibka għall-ewwel darba wara t-tmien gowl ta’ Sirens, bit-tim ta’ Marko Orlovic għalaq il-logħba fit-tieni sessjoni.
Fl-aħħar żewġ sessjonijiet il-logħba kellha aktar forma ta’ sessjoni ta’ taħriġ, Minkejja li r-rebħa kienet aċċertata, Sirens baqgħu jiskorjaw mingħajr bla ħniena.
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (6), J. Sciberras (1), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (7), M. Chircop (1), I. Riolo, J. Napier, M. Cutajar (2), M. Sciberras (2), M. Bonello Dupuis, G. Melillo (2), K. Agius (2)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, L. Grech Carr (1), M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), S. Apap (1), Z. Bartolo (2), A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Lupi Spencer, T. Milne
Referees: Ronnie Spiteri, Michele Alessandroni
TA’ XBIEX AMIGOS………….. 5
NEPTUNES VIDEOSLOTS… 18
(0-5), (1-7), (1-3), (3-3)
Ebda sorpriża fl-aħħar logħba tal-ġurnata. Iċ-champions Neptunes fetħu l-impenji tagħhom tal-istaġun b’mod pożittiv b’rebħa faċli kontra Ta’ Xbiex. Anki jekk mingħajr il-captain Stevie Camilleri u Jeremy Abela filwaqt li plejer bħal Jordan Camilleri ma ġewx utilizzati l-ħin, id-differenza kienet evidenti.
Neptunes ikkontrollaw logħba li ntlagħbet fi spirtu sportiv, bit-tim ta’ Jovan Popovic jibni vantaġġ komdu. Fl-ewwel parti l-iskor seta’ kien aktar kieku ma kienx għal Ryan Coleiro.
Wara ħames gowls mingħajr risposta, Neptunes skorjaw għaxar gowls konsekuttivi sakemm Jayden Cassar naqqas id-distakk għal Ta’ Xbiex. Simili għal-logħbiet ta’ qabel, l-aħħar żewġ sessjonijiet naqqsu mil-livell milgħub, b’Ta’ Xbiex jirnexxilhom iżommu l-iskor baxx kemm jista’ jkun, bl-avversarji ma jkunux fl-aħjar forma tagħhom.
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, T. Fenech, J. Pace Mizzi, E. Meli, S. Engerer, Z. Cutajar Licari (1), J. Cassar (2), E. Schembri (2), B. Attard, P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic, J. Saliba, T. Camilleri
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (6), S. Gialanze, G. Pace (2), J. Cachia (1), J. Spiteri Staines, M. Farrugia, J. Camilleri (1), A. Fava (1), M. Spiteri Staines (2), A. Fenech (4), M. Castillo (1), A. Bonetti
Referees: Alessandro Carrer, Alex de Raffaele
Logħob li jmiss
Il-Ġimgħa
Grupp A: Otters v Neptunes 6.15pm
Grupp B: M’skala v M’xlokk 7.20pm, Exiles v Sliema 8.25pm
//= $special ?>