Lokali Qorti

“Id-Direttur tal-Infurzar ta’ Transport Malta jiċċajta doppju sens u mess sider impjegata” – Xhieda fil-Qorti

Id-Direttur tal-Infurzar ta’ Transport Malta, Clint Axisa, li jinsab akkużat fuq fastidju sesswali fuq żewġ impjegati u li wettaq reat li kien fid-dmir li jipprevjeni kien jitkellem bid-doppju sens u b’mod diżpreġġattiv fil-konfront ta’ żewġ nisa u lil waħda poġġa jdejh fuq sidirha.

Axisa ta’ 42 sena mill-Fgura qed iwieġeb mhux ħati i li wettaq atti sesswali mhux kunsenswali fuq kollega mara u li ta fastidju sesswali lilha u lil mara oħra. Axisa li jinsab sospiż mix-xogħol minħabba dawn l-allegazzjonijiet pprova jikkonvinċi lil waħda minn nisa biex twaqqa l-akkużi fil-konfront tiegħu permezz ta’ terzi persuni fosthom ħbieb ta’ missier waħda mill-allegati vittmi.

Axisa huwa persuna ħafna qrib il-Ministru Ian Borg u bil-każ ta’ fastidju sesswali ikun żvelat l-ewwel mill-kandidat għall-elezzjoni ġenerali, l-indipendenti Arnold Cassola. Cassola kien ippreżenta ittra ta’ erba’ paġni lill-Prim Ministru Robert Abela fi Frar li għadda fejn kien qal li seħħ “skandlu maħmuġ” fl-aġenzija Transport Malta u sostna li kien hemm cover-up għax Axisa, Direttur tal-Infurzar, li huwa persuna qrib il-Partit Laburista.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Axisa fejn minbarra għadd ta’ Pulizija u impjegata ta’ Transport Malta xehed ukoll ir-raġel ta’ waħda mill-vittmi li skont hu l-akkużat ipprova jagħmel minn kollox biex iwaqqa’ kollox, xi ħaġa li r-raġel ma riedx jagħmel akkost ta’ kollox. Tenna li huwa jaf lil Spiteri għax hu kien ukoll jaħdem bħala uffiċjal, il-ħabs.

Ir-raġel ta’ waħda mill-vittmi qal ukoll li Randolph Spiteri li kien jaħdem bħala Head of Operations il-Ħabs kien ċempillu u qallu li jkun aħjar li kieku jikkonvinċi lil martu biex twaqqa l-każ. Ix-xhud qal li hu ma qabilx u Spiteri, wara li rah li ma kienx kalm dak il-ħin, qallu biex iċempillu aktar tard meta jikkalma u biex ma jħallux jiskalaw.

Ir-raġel tal-allegata vittma qal li huwa mill-ewwel kien ċempel lil mara tiegħu, li ma qablitx li twaqqa l-każ, kif wara kollox ma qabilx ma’ dan il-pass. Wara li qata’ minn mal-mara, x-xhud qal li ċempel lil Spiteri u qallu biex jinsa kollox. Ir-raġel qal ukoll li l-mara kienet qaltlu b’kollox fuq dak li kien seħħ fl-uffiċċju ta’ Transport Malta, u li wara li qaltlu biex iżomm kalm qaltlu b’dak kollu li kien ġara u għaliex kienet għamlet ir-rapport.

Ix-xhud qal ukoll kif Axisa pprova jġiegħel lil mara biex twaqqa l-akkużi billi permezz ta’ persuna li taf sew u li għamel żmien il-Manager tal-kunjatu tiegħu, li kollox jindika li dan kien ħabib ta’ Axisa. L-ewwel xhud kienet Maryrose Pace li taħdem bħala Chief Officer Corporat Services ma’ Transport Malta.

Hija esebixxiet rapport li għamlet waħda minn nisa li jaħdmu mal-korporazzjoni. Qalet li l-allegata vittma għamlet ir-rapport lilha b’email. Il-prassi ta’ TM hija li mill-ewwel jinfurmaw li Chairman tal-Awtorita bil-każ. Hi hekk għamlet u nfurmat lil Joseph Bugeja.

Il-pass li jmiss huwa li javżaw lill-persuna li jkun qed issir allegazzjoni kontrih u dan ikollu 15-il ġurnata ċans li jwieġeb għal għemilu wara li jirċievu tittieħed deżiżjoni bagħtu għal Clint Axisa. Ġie mitlub ikun jista’ jressaq il-veduti tiegħu. Il-Qorti semgħet li hemm żewġ allegati vittmi fil-każ imma fil-Qorti prattikament semgħet biss fuq każ wieħed. L-oħra l-prosekuzzjoni ddeskrivieta bħala vulnerabbli. Waħda minn nisa għadha taħdem fl-aġenzija u l-oħra kienet telqet.

Xehdu Pulizija mill-Vice Squad li ħadu l-verżjoni ta’ ċertu Anthony Ellul li kien jaf lill missier waħda mill-allegati vittmi u li dan qallu li kien sabu l-akkużat u qallu dwar x’ġara. “X’għamlitli t-tifla tiegħek, marret tirraportani li nitkellem doppju sens, u fuq konotazzjonijiet sesswali. Dan wara li kont anke qbist għaliha meta serqet xi flus.” Ingħad ukoll li minbarra kliem doppju sens l-akkużat mess sider waħda mill-vittmi.

Lil missier l-allagata vittma kienu qalulu wkoll li jekk hija qed tirraporta, ara li hemm il-provi. Ħareġ ukoll li l-mara tal-akkużat daħlet fin-nofs u ċemplet ukoll lill-allegata vittma fejn qaltilha biex ma ddaħħalx lil żewġha fl-inkwiet. “Jien naf x’raġel għandhi hija qaltilha.

Minn aktar stħarriġ mill-Pulizija tal-Vice Squad irriżulta wkoll li waħda mill-allegati vittmi kienet fuq ruħha wkoll. Uffiċjal tas-Sigurtà u anke mara li taħdem mal-akkużat qalu li qatt ma raw għajn ħażina minnu u li huwa persuna ta’ fiduċja. Ingħad ukoll li allegatament waħda mill-vittmi kienet titkellem doppju sens u ħażin u li ġieli tikxef saqajha u tgħolli d-dublett fl-uffiċċju, u li tagħmel dan għax tħobb tiċċajta.

Mara ta’ Clint ċemplet mill-mobile ta; Anthony, qaltila, ddaġlliex fl0 kwirt naf x’raġel għandha, jien batejn – verżjoni Anthony … 24 ta’ Frar, Busttil u Camilleri lil Felix Decelis, eks Secutiry TM qal li Clint huwa persuna ta’ fiduċja, qal li Svetalan titkellem b’mod vulgari, jumejn qabel 22 ta’ Frar, Clint ġabar lil kulħadd fi TM u qalilhom x’ġara u rraprtuata u li ffastidjuata. Svetlana bdiet tiċċajta u kixfet saqajha u gġlliet id-dublett, tiċċajta.

Tfajla oħra qalet lill-Pulizija li hija kienet talbet lil Axisa biex ma tibqax taħdem fl-uffiċċju ta’ waħda mill-allegati vittmi għaliemx ma kinitx komda taħdem magħha. Qalet ukoll li ma kellha xejn kontriha u lanqas kontra l-akkużat li qiesitu bħala persuna ok.

Ħareġ ukoll li l-akkużat kien laqqa’ lill-ħaddiema u qalilhom fuq ir-rapport li kien sar kontrih u li hu qed jiċħad bil-qawwa kollha. Tfajla oħra kienet qalet li Clint Axisa ġieli kien jitkellem doppju sens u jgħid kliem mhux floku imma qatt ma dehrilha li għandha tirrapurtah.

Axisa qed jiċħad bil-qawwa kollha li ta fastidju liż-żewġ nisa, li ssuġġettahom għal att ta’ intimità fiżika, li ssuġġettahom għal atti li għandhom konnotazzjonijiet sesswali u li wettaq dawn ir-reati li kien marbut li jipprevjeni, bħala uffiċjal pubbliku.

Huwa qed jiċħad ukoll dak li qed tgħid il-prosekuzzjoni li avviċina ukoll bejn tmienja sa 10 xhieda fil-każ, u qalilhom kif kellhom jixhdu. Dan wara li dak iż-żmien, kellu suspett tal-akkużi wara rapporti li kienu diġa ħarġu fil-midja. L-avukat difensur Arthur Azzopardi qed jikkontesta dan kollu.

L-Avukat Azzopardi qed jiċħad ukoll dak li qed jiġi allegat li ġew offruti flus biex persuni jibqgħu ħalqhom magħluq. Axisa kien ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000, u ġie ordnat ukoll joqgħod f’indirizz differenti, peress li kien jgħix qrib wieħed mill-ġenituri tal-allegata vittma tiegħu.

Għad-difiża ta’ Axisa qed jidhru l-avukati Arthur Azzopardi u Herman Mula filwaqt li Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għal waħda mill-vittmi. Fis-seduta li jmiss li hija skedata għal 20 tal-Lulju f’nofs inhar għandhom jixhdu ż-żewġ nisa allegati vittmi tal-każ. Joseph Busuttil u Paul Camilleri qed imexxu l-prosekuzzjoni.