Joe Giglio, PN
Id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio sostna fil-parlament li l-proposti tal-PN dwar il-każ tal-inkjesta li qed issir dwar Iosif Galea huma intenzjonati biex isaħħaħu r-reputazzjoni tal-Pulizija
Fl-Aġġornament tal-parlament Joe Giglio qal li fil-pulizija hemm nies tajbin ħafna u oħrajn inqas tajbin iżda fl-aħħar żmien il-Korp sofra minn ħafna sitwazzjonijiet li effettwaw ir-reputazzjoni tiegħu.
Dan wassal biex bosta membri huma dimotivati u diżappuntati. Il-mod kif il-Korp tal-Pulzija tratta l-każ tal-mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ Iosif Galea kompla jdgħajjef ir-reputazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.
Hu sostna li l-Ministru tal-Intern kien wieġeb li kellu moħħu mistrieħ li l-Kummissarju tal-Pulizija kien se jinvestiga. Il-PN kien qal li tagħmilx sens investiagzzjoni simili għaliex il-Kummissarju kien se jinvestiga lilu nnifsu; il-każ ma jimemritax dan.
Hu sostna li l-PN talab investigazzjoni indipendenti biex il-poplu jaf il-fatti u biex isir pass il quddiem dwar ir-reputazzjoni tal-Korp. Il-ministru rreaġixxa billi nnomina l-bord immexxi mill-ex Imħallef Depasquale biex jagħmlu l-investigazzjoni. Dan hu pass żgħir; il-PN għalhekk talab termini ta’ riferenza, qafas ta’ żmien u li r-rapport ikun ippubblikat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dan il-bord kapaċi jaħdem minkejja l-limitazzjonijiet legali għalkemm hemm min jaħsibha mod ieħor. Il-ministru ma jafx is-sensittività ta’ dan il-każ u għalhekk jgħid biex l-Oppożizzjoni tħalli l-istiutuzzjonijiet jaħdmu. Hu qal li l-PN mhux qed inaqqas mill-ħidma tal-istituzzjonijiet anzi l-proposti tiegħu iżidu l-fiduċja tal-poplu fil-konklużjonijiet tal-bord
Joe Giglio kompla li issa hawn sitwazzjoni fejn membri tal-Korp tal-Pulizija, permezz tal-union tagħhom, qalu li m’għandomx iktar fiduċja fil-Ministru tal-Intern. Din hi sitwazzjoni xokkanti u preokkupanti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex il-Korp ikompli jisaħħaħ u biex il-ministru japprezza li l-PN irid isaħħaħ il-Korp tal-Pulizija u biex ir-rieda tal-pulizija tkun inċentivata.
//= $special ?>

