Futbol Sport

Andre Schembri maħtur kowċ tat-tieni tim ta’ Apollon Limassol

Andre Schembri nħatar bħala kowċ tat-tieni tim ta’ Apollon Limassol fejn għall-aħħar snin serva bħala Direttur Tekniku tal-istess klabb. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Schembri qal li ma setax itemm l-esperjenza tiegħu bħala Direttur Tekniku aħjar hekk kif Apollon Limassol rebħu l-ewwel kampjonat wara 16-il sena.

Schembri kellu esperjenza mill-aqwa barra minn pajjiżna hekk kif f’Ċipru lagħab ma’ Omonia Nicosia u anke Apollon Limassol stess fejn saħansitra rnexxielu jilgħab fil-fażi tal-gruppi tal-Europa League. Qabel ma mar jilgħab f’Ċipru, Schembri lagħab ma’ numru ta’ timijiet fl-Ungerija, l-Greċja, l-Portugall u l-Indja. Mat-tim Matli Schembri lagħab 94 darba.