Ħaddiem li kienu ilu jaħdem ma’ kumpanija tat-telekomunikazzjoni għal 32 sens sħaħ se jingħata kumpens ta’ €32,500 wara li t-Tribunal Industrijali ddikjara li tkeċċa mill-impiega b’mod inġust. Għaldaqstant iċ-Chairman tat-Tribunal l-Avukat John Bencini ordna liIl-kumpanija GO biex fi żmien xahar tħallas il-kumpens lil Jason Aquilina.
L-aħħar kariga ta’ Aquilina kienet ta’ Technical Officer bil-kumpanija tgħid li keċċietu għax kien jiskarta u li nqabad jaħdem f’ħanut tal-ħaxix. Fid-deċiżjoni tiegħu John Bencini qal li l-kumpanija ma ġabitx prova waħda li Aquilina kien jiskarta mix-xogħol. Tenna li kien jippretendi li l-kumpanija tippreżenta xi forma ta’ rekord ta’ attendenza ta’ Aquilina biex tipprova l-allegazzjoni.
Punt ieħor ta’ mportanza li ħareġ mid-deċiżjoni tat-Tribunal huwa li l-kumpanija naqset milli tipprova li Aquilina kien qiegħed jaħdem f’ħanut tal-ħaxix. L-uniku speċi ta’ prova li nġiebet u li hija bla bażi f’dan il-każ kienet ix-xhieda ta’ impjegat tal-kumpanija li, f’okkażjoni partikulari ntbagħat jagħmel spezzjoni għall-għarrieda wara telefonata anonima u sab lil Aquilina barra l-ħanut.
“Din mhix prova li Aquilina kien qed jaħdem f’dan il-post”, qal Bencini. It-Tribunal Industrijali qal ukoll li ma jistax ma jinnutax li meta Aquilina kien għaddej minn żmien diffiċli ħafna, il-kumpanija offriet kull għajnuna possibbli u huwa rreċiproka billi kkopera u ħareg minn dawn il-problemi wara li temm programm b’suċċess kontra l-abbuż tal-alkoħol.
Għal Aquilina kellu jiddeffenduh lill-Avukati Anthea Witney Turner u Chris Vella fiwaqt li għall-kumpanija GO deher l-Avukat Andrew Borg Cardona.
//= $special ?>