Lokali

Ħaddiem Indjan iweġġa’ gravi f’inċident f’fabbrika fil-Gudja

Ħaddiem Indjan sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f”inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ġewwa fabbrika f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ħaddiem mill-Indja ta’ 54 sena, sofra xi ġrieħi f’idu waqt li kien qed jaħdem bi grinder.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.